L-HSBC jintroduċi ATMs għal min hu nieqes mid-dawl

Il-bank HSBC għadu kemm introduċa ATMs għal min hu nieqes mid-dawl jew b’diffikultajiet fil-viżta.
Il-magni, li jistgħu jintużaw għall-ġbid ta’ flus, depożiti jew anke rendikont tal-bilanċ tal-kont, qegħdin fiċ-ċentru prinċipali tal-bank f’Ħal Qormi u fil-fergħat tas-Sliema, tal-Belt, f’Raħal Ġdid, fil-Mosta u fir-Rabat, Għawdex.
Is-sena li ġejja dawn se jinfirxu mal-bqija tal-lokalitajiet.
Il-magni jaħdmu billi l-klijent iqabbad headphone normali, biex imbagħad isegwu l-istruzzjonijiet bil-vuċi. Fl-istess ħin, l-iskrin ma jibqax juri d-dettalji tal-kont, għal raġunijiet ta’ sigurtà.
Il-magni għandhom il-possibiltà li juru ittri kbar, għal min għandu diffikultajiet fil-viżta.