L-HSBC jaħtar tliet uffiċjali għolja ġodda

Il-bank HSBC ħatar tliet uffiċjali għolja ġodda li huma l-Kap tar-Riżorsi Umani Mandy Garner, l-Uffiċjal Ewlieni għar-Riskju Joyce Grech u l-Kap tal-Global Banking & Markets James Woodeson.
Mandy Garner għandha 20 sena esperjenza fir-riżorsi umani u anke kisbet MA fil-Liġi u Riżorsi Umani. Garner hi Membru tal-Istitut tal-Personnel u Żvilupp u ġiet Malta minn mal-HSBC f’Jersey Channel Islands.
Il-karriera ta’ Joyce Grech mal-HSBC hija mifruxa fuq aktar minn 17-il sena hekk kif daħlet mal-Midland Bank mat-twaqqif tal-operat tiegħu hawn Malta fl-1996. Qabel din il-kariga riċenti, Grech kienet il-Kap tal-Customer Value Management fi ħdan id-diviżjoni tar-Retail Banking and Wealth Management tal-Bank. 
James Woodeson inħatar Kap tal-Global Banking & Markets tal-HSBC Malta. Hu kien Direttur sussidjarju tal-Bord tal-HSBC International Bank.
Wara li feraħ lit-tliet persuni li ngħataw karigi ġodda, il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Malta Mark Watkinson qal li kien pjaċir tiegħu li jilqagħhom fil-karigi ġodda tagħhom.