L-għotja tad-demm tal-lum se tmur għal dawk morda bil-kliewi

L-għoti tad-demm fi Gwardamanġa llum se jsir b’risq il-pazjenti morda bil-kliewi.
Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm se jibqa’ miftuħ sas-6pm. Apparti l-għoti tad-demm, wieħed jista’ jixtri xi kejk jew ħelu ieħor bil-flus li jinġabru jmorru għal-Life Cycle Challenge.
Waqt din l-attività wieħed jista’ ukoll jirreġistra bħala donatur tal-organi.