L-għotja lill-istudenti tal-ITS tibda minn din is-sena skolastika

Ġimagħtejn oħra, l-istudenti li qed jistudjaw fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) se jingħataw għotja ta’ €233 biex tgħinhom ikopru parti mill-ispejjeż tal-istudju.
Il-Ministru tat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis, ħabbar dan hekk kif żar l-ITS u qal li l-għotja mħabbra fil-Baġit se tibda minn din is-sena skolastika, mhux dik tas-sena d-dieħla.
Fisser l-importanza tat-tagħlim vokazzjonali tal-istudenti fil-qasam turistiku u kif Malta trid tinvesti fir-riżorsi umani biex tkun fost l-aqwa destinazzjonijiet turistiċi.
Irrefera wkoll għall-iskema ġdida ta’ sponsorships ta’ studenti mill-operaturi fil-qasam turistiku, li f’dawn il-jiem ġew offruti lil 220 student.
Il-Ministru fakkar ukoll fil-pjan tal-Gvern li jwassal lill-ITS f’livell ta’ eċċellenza, bl-investiment ta’ €56 miljun f’kampus ġdid. 
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo