“L-għeluq tal-portijiet wassal għal mewġa ta’ razziżmu” – il-Ministru Bartolo

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo saħaq għall-sforz biex tiġi indirizzata dik li huw sejjaħ bħala mewġa ta’ razziżmu li splodiet wara li l-Gvern irrifjuta li jsalva u jniżżel Malta l-immigranti illegali.

Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia nsista għal numru ta’ drabi mal-Ministru Bartolo biex ipoġġi fuq il-medja tal-kamra d-deċiżjoni tal-Gvern li jagħlaq il-portijiet Maltin għall-immigranti.

Bartolo nsista li Malta aġixxiet b’mod korrett u għafas fuq il-punt li Malta għalqet il-portijiet wara li għamlet l-istess l-Italja bħala parti mill-isforzi Taljani biex tikkontrolla l-imxija tal-coronavirus.

Huwa kkwota lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) Filippo Grandi li waqt intervista qal li jifhem lill-pajjiżi li bħala miżura kontra l-virus jagħlqu l-portijiet tagħhom b’mod temporanju. Bartolo qal li Grandi stqarr li hemm metodi dwar kif iżżomm il-prattiċi ta’ ażil fis-sitwazzjonijiet preżenti li jinkludu sistemi ta’ kwarantina u intervisti virtwali mal-immigranti.

Delia nsista li hu jaqbel ma’ Bartolo u kkundanna l-politika partiġġjana tal-lemin estrem. Il-Ministru qal li s-sitwazzjoni preżenti fil-Libja ħżienet ferm u m’hemmx sinjali li l-gwerra ċivili se tieqaf. 

Huwa qal li filwaqt hu impossibli li tagħmel assessjar tas-sitwazzjoni tal-coronavirus fil-Libja u hu ċar li l-marda qed jinfirex b’mod rapidu b’ħafna. “L-uniku tama hi li tħallas elf dinar u titla’ fuq dgħajsa u taqsam l-Ewropa. Aħna qed nittamaw li ngħinuhom li jevitaw li jaslu għal din is-sitwzzjoni,” hu stqarr.