L-għeluq tal-portijiet kontra l-liġi – 300 akkademiku

Police officers in protective clothing against possible coronavirus infection tag a child migrant on a military ship after arriving in Senglea
REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Read in English.

Aktar minn 300 akkademiku qed jappellaw lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri Ewropej biex jiftħu l-portijiet u jassumu parti mir-responsabbiltà għar-refuġjati u l-immigranti li jiġu salvati f’nofs ta’ baħar.

Filwaqt li jifhmu l-isfidi li kull Stat Membru qed jaffaċċja minħabba dawn iż-żminijiet diffiċli, saħqu li xejn u l-ebda skuża ma tiġġustifika l-ksur tad-drittijiet umani. Talbu biex tittieħed azzjoni immedjata biex ma jmutux aktar nies.

Repubblika b’appell lill-Gvern

Intant, l-għaqda mhux governattiva Repubblika rreaġixxiet għall-indirizz lin-nazzjon tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo li lbieraħ ħabbar li l-Gvern se jkun qed jinsisti mal-UE biex tibda missjoni umanitarja fil-Libja. Repubblika saħqet li Bartolo, fl-ebda mument ma għamel referenza għas-sitwazzjoni gravi li qed tiżvolġi fl-ibħra viċin Malta, fejn għadd ta’ immigranti fuq diversi dgħajjes qegħdin f’periklu imminenti li jitilfu ħajjithom.

Repubblika qalet li tħoss li tali proposta ma tnaqqasx mid-dover immedjat tal-Gvern li jindirizza l-problema li għandu dmir jiffaċċja, b’azzjoni umanitarja li tassigura b’mod urġenti s-salvataġġ ta’ dawk il-persuni fil-periklu ta’ mewt fuq il-baħar.