L-għeluq tal-ajruport estiż sal-15 ta’ Ġunju – rapport

Read in English.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jibqa’ magħluq għat-titjiriet kummerċjali mill-inqas sal-15 ta’ Ġunju.

Skont is-sit tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) din l-informazzjoni ntbgħatet lill-piloti f’forma ta’ avviż. Dan ħareġ illum. Il-Gvern Malti ma bagħat l-ebda stqarrijiet dwar dan sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.

L-għeluq ġie estiż sal-11.59pm tal-15 ta’ Ġunju.

Intant il-midja barranija żvelat li l-Maltin se jkollhom permess jidħlu Ċipru minn Ġunju li ġej. Rapporti f’siti barranin qalu li l-gvern ta’ Ċipru ddeċieda li mill-20 ta’ Ġunju nies ġejjin minn lista ta’ 13-il pajjiż inkluż Malta, il-Greċja, u l-Ġermanja mhux se jkollhom jippreżentaw ċertifikat li m’għandhomx il-coronavirus. Hemm lista ta’ pajjiżi oħra fosthom l-Iżvizzera li nies ġejjin minnhom iridu jippreżentaw tali ċertifikat.

Fil-21 ta’ Marzu t-titjiriet tal-passiġġieri minn u lejn Malta twaqqfu minħabba l-COVID-19. L-ajruport Malti għadu magħluq sal-lum.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn