L-Għaxaq Music Festival mhux se jsir

Ritratt: Facebook/GhaxaqMusicFestival

It-tim eżekuttiv tal-Għaxaq Music Festival ħabbar li l-avveniment ta’ din is-sena li kellu jsir bejn is-7 u t-8 ta’ Awwissu ġie kkanċellat.

Huma qalu li bħala tim organizzattiv ħarsu lejn is-sitwazzjoni diffiċċli fuq is-saħħa nazzjonali
u s-sigurtà ta’ kull individwu.

“Għaldaqstant flimkien mal-artisti tagħna mxejna lejn din id-deċiżjoni. Din id-deċiżjoni hi l-kontribut tagħna lejn dak kollu għażiż għalina: il-komunità, niesna, il-pubbliku tagħna, l-artisti, il-voluntiera tagħna u dawk l-individwi kollha li jagħtu servizz ta’ fejda f’dan l-avveniment ta’ festa fil-komunità,” qalu huma fl-istqarrija tagħhom.

Żiedu jgħidu li bħala għaqda volontarja l-kunċett tagħhom ta’ komunità hu kollox għalihom u għaldaqstant il-posponiment ta’ festival mhu xejn meta wieħed jikkonsidra r-realtà ta’ madwarna.

Huma temmew jgħidu, fuq nota pożittiva, li jerġgħħu jkunu qed itellgħu avveniment ieħor ta’ kwalità la darba s-sitwazzjoni tkun waħda lura għan-normal