L-Għawma tal-Karità ta’ għada l-Ħadd se ssir l-Għadira flok il-Marfa

L-Għawma tal-Karità b’risq id-Dar tal-Providenza se ssir għada l-Ħadd fil-Bajja tal-Għadira minflok fil-Marfa.
RTK News tkellem ma’ Manuel Calleja li qal li din l-għawma se ssir xorta waħda, iżda kellu jinbidel il-post.
Spjega li dan sar minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp u l-baħar qawwi sabiex jiġi assigurat li l-għawwiema jkunu siguri. L-għawma se tibda fl-10.30am.
Ħeġġeġ lil kull min jixtieq jgħum sabiex jagħmel kuntatt mad-Dar tal-Providenza.
Min ma jixtieqx jgħum jista’ wkoll jattendi għada l-Ħadd fil-Bajja tal-Għadira u jagħti d-donazzjoni tiegħu b’risq id-Dar tal-Providenza.