L-għawma favur l-Istrina titħassar

Read in English.

L-għawma tradizzjonali ta’ Thomas Smith b’risq il-Malta Community Chest Fund li kellha ssir f’Ta Sliema illum tħassret minħabba l-baħar qawwi.

Fuq messaġġ fuq Facebook, il-kumpanija qalet li wara li kkonsultat mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ddeċidiet li tipposponi dan l-avveniment minħabba xi periklu li jistgħu jaffaċċjaw l-għawwiema.

Donazzjonijiet miġbura ser jingħataw lill-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz ta’ San Anton nhar it-Tnejn 6 ta’ Jannar.

Il-pubbliku xorta huwa mħeġġeġ li jibqa’ jagħti donazzjoni miegħu permezz ta’ ċekk bil-posta jew inkella jitfa’ l-flus fuq kont bankarju .

Aktar informazzjoni wieħed jista’jżur il-paġna ta’ facebook ta’ ‘Thomas Smith Christmas Annual Christmas Charity Swim’.

🚨FINAL NOTICE🚨The sea at the Pier in Sliema has been deemed unsafe for swimming due to rough weather conditions;…

Posted by Thomas Smith Christmas Charity Swim on Saturday, December 28, 2019