Gozo Channel: L-Għawdxin li jaħdmu Malta jridu japplikaw għall-permess

Aġġornat 06:45 PM

Read in English.

Residenti Għawdxin li jaqsmu Malta minħabba xogħol iridu japplikaw għal permess temporanju li qed jinħareġ mill-Ministeru għal Għawdex. Dan sabiex jevitaw l-iscreening li qe disir dwar ir-raġuni tal-ivjaġġar iżda xorta se jkunu qed jgħaddu mill-iscreening mediku.

Għalkemm mhux se jkun hemm l-ebda restrizzjoni għal dawk li jaqsmu minħabba xogħol jew minħabba raġunijiet mediċi, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li dan il-permess ħareġ biex jitħaffef il-proċess fiż-żewġ punti ta’ tluq kemm fl-Imġarr kif ukoll fiċ-Ċirkewwa. Ma’ Newsbook.com.mt, il-Ministru Camilleri assigura li l-istess linji gwida kif ippubblikati fil-gazzetta tal-Gvern se jkunu qed japplikaw għal Maltin u għall-Għawdxin bl-istess mod.

Iċ-Ċermen tal-Gozo Channel Joe Cordina ħabbar din l-aħħar inizjattiva f’kumment fuq Facebook. Dan wara li xi persuni bdew jirċievu l-premess speċjali fuq l-imejl personali tagħhom.

Cordina qal li dawk li jieħdu s-sussidju tal-Gvern għat-trasport bejn Malta u Għawdex qed jirċievu l-permess permezz ta’ imejl. Dawk li għandhom bżonn permess iżda ma jieħdux sussidju qed jintalbu jibagħtu imejl fuq subsidies.mgoz@gov.mt.

Kif se jkun jidher il-premess temporanju.

F’komunikazzjoni mal-Gozo Business Chamber, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li n-negozjanti m’għandhomx bżonn permess speċjali. Il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Business Chamber qal li l-Ministru għal Għawdex qalilhom li mg’ħandhomx bżonn permess iżda għandhom jgħidu l-iskop tan-negozju meta jkunu qed jivjaġġaw bejn Malta u Għawdex.

Imejl mill-Gozo Business Chamber lill-membri tagħha.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri kien ħabbar li l-vapur jista’ jibqa’ jintuża għal skopijiet essenzjali fosthom għal xogħol.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn