L-Għawdxin ‘jikkapparraw’ il-parkeġġ tal-Università

L-istudenti Għawdxin fl-Università ta' Malta jammontaw għal madwar 1,000 jew 9% tal-istudenti universitarji kollha. Skont statistika ppubblikata mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) 65% tagħhom huma biżżejjed biex jimlew il-parkeġġ tal-Università kieku kollha kellhom imorru l-Università bil-karozzi tagħhom.

Madanakollu, fortunatament għall-istudenti Maltin, il-maġġoranza tal-istudenti Għawdxin joqogħdu fil-viċinanzi tal-Università u b’hekk ma jkollhomx bżonn jużaw il-karozza. 

Mill-istatistika ħareġ ukoll li l-parkeġġ tal-Università jista jospita madwar 6% tal-istudenti kollha universitarji.

Biex titnaqqas il-problema tal-parkeġġ fl-Università ftit tal-ġranet ilu l-KSU nieda t-Transport Fund li bih qed talloka €5,000, li minnhom se jgawdu madwar 150 student f’roħs ta’ 50% fuq il-biljetti tal-linja.