L-Għawdxin bl-Istrina qabel il-Milied

Għat-tieni sena konsekuttiva se ssir l-Istrina f'Għawdex, din is-sena fit-12, 19 u 20 ta’ Diċembru.
Fit-tnedija, il-President Marie-Louise Colerio Preca spjegat li l-Istrina f'Għawdex hija importanti biex tingħata viżibiltà lill-kontribuzzjoni li l-Għawdxin dejjem taw lill-Malta Community Chest Fund.
Il-President saħqet li l-Malta Community Chest Fund hija differenti minn NGOs oħra, għaliex ma tieħu ebda sussidji mingħand il-Gvern, iżda topera bil-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi.
Preżenti kien hemm ukoll l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech li spjega kif l-Istrina hija għajnuna lill-familja. Dan għax waħda mill-akbar weġgħat tal-familji huwa l-faqar.
Huwa faħħar il-ħidma tal-President ta’ Malta kontra l-faqar u qal li l-Knisja se tkompli tagħti l-appoġġ tagħha lill-Malta Community Chest Fund.
Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru għall-Għawdex Anton Refalo, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana u l-Kelliem għal Għawdex Chris Said.
 
Ritratt: MGOZ- George Scerri