L-għassa mal-Fruntiera Amerikana mhux lesta li titkellem dwar il-mewt ta’ tifla ta’ 7 snin

L-Aġenti tal-Għassa mal-Fruntiera Amerikana qalu li mhux lesti jitkellmu mal-investigaturi dwar il-mewt ta’ tifla ta’ 7 snin mill-Gwatemala li ġiet miżmuma mill-għassa u li aktar tard mietet taħt il-kustodja tagħhom.

Membri tal-Kungress Hispaniku Caucus qed jippjanaw li jżuru l-Aġenti tal-Għassa fi New Mexico, propju fejn it-tifla u missierha kienu miżmuma. Dan qed isir biex isiru jafu aħjar għaliex it-tifla mietet jum wara li ġiet maqbuda.

Il-mewt tat-tifla tagħat in-nar għal-kritika mid-Demokratiċi u l-avukati tal-migranti dwar il-politika tal-immigrazzjoni li implimenta l-President tal-Amerka Donald Trump.