L-għaqdiet volontarji għandu jkollhom post fl-MCESD – Cutajar

DOI / SPK

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar talab lill-Gvern biex jikkunsidra jekk wasalx iż-żmien li meta hemm 45,000 persuna bejn ħaddiema u voluntiera jmissu mal-qasam tal-volontarjat f’Malta, għandux ikun hemm post ghal dan is settur fuq l-MCESD. Huwa qal dan meta kien qed jitkellem fit-tieni qari tal-emendi fl-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq li dawn l-emendi li se jirregolarizzaw lill-għaqdiet volontarji se joffru aktar serħan il-moħħ.

Meta kien qed jitkellem fit-tieni stadju tad-dibattitu tal-Parlament, Grima spjega kif permezz ta’ dawn it-tibdiliet fil-liġi, se jkun hemm aktar trasparenza fl-għaqdiet fil-qasam ta’ amministrazzjoni ta’ fondi u fl-istess waqt se jgħinu sabiex is-settur tal-volontarjat ikompli jikber b’mod xieraq.

Huwa qal li preżentament, hawn aktar minn 1,600 għaqda volontarja reġistrata. 

Huwa spjega kif għal-liġi l-għaqdiet mhux kollha l-istess fuq filwaqt li dawk li jagħmlu €50,000 f’introjtu se jkunu f’kategorija għalihom, dawk li jaqilgħu €250,000 fis-sena jridu jagħmlu full audit.

L-emendi jgħidu li l-kariga ta’ President u Segretarju ma jistgħux ikunu koperti mill-istess persuna. 

Min-naħa tiegħu Ivan Bartolo tkellem dwar l-importanza tal-kontabbiltà fl-għaqdiet volontarji u qal li llum mhux faċli li ssib persuni li lesti jidħlu għall-impenn li jgħinu lil ħaddieħor.