L-għaqdiet ewlenin tal-Malti jaqblu mal-emendi dwar il-Liġi tal-Malti

Sitt għaqdiet tal-Malti qalu b’sodisfazzjon li l-emendi l-ġodda li ġew approvati fil-Parlament dwar il-Liġi tal-Malti, se jsaħħu l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
Dawn l-emendi li nkitbu wara laqgħa twila mal-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fil-btajjel tal-Milied, se jiżguraw rappreżentanza akbar, u b’hekk konsultazzjoni wiesgħa u implimentazzjoni effikaċi fil-ħidmiet tal-Kunsill favur l-ilisen Malti.
Dawn is-sitt għaqdiet irringrazzjaw fi stqarrija lil Bartolo talli kien dispost isaħħaħ il-pożizzjoni tal-akkademiċi fil-Kunsill Nazzjonali.
Issa, minn 11-il membru l-Kunsill se jikber għal 15, u l-membri l-ġodda se jkunu ġejjin miċ-Ċivil, mill-iskejjel tal-Knisja u l-indipendenti, mill-Fakultà tal-Edukazzjoni kif ukoll mit-tradutturi tal-Unjoni Ewropea.
L-għaqdiet irringrazzja wkoll lill-Oppożizzjoni talli ssekondat dawn l-emendi.
Fiż-żmien li ġej, il-Kunsill beħsiebu jkompli jaħdem biex ikompli jkabbar ir-riżorsi tal-Malti, fosthom iċ-ċekkjatur (spellchecker), u jkompli jagħti viżibbiltà akbar lil-lingwa Maltija fil-postijiet pubbliċi.
F’Novembru li għadda, l-istess għaqdiet kienu opponew emendi oħra proposti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.