L-għaqda tas-coeliacs ma taqbilx mal-vawċer ta’ €30

L-Assoċjazzjoni tas-coeliacs f’Malta esprimiet ruħha kontra d-deċiżjoni li coeliacs ma jibqgħux jingħataw prodotti mingħajr gluten miċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara, u minflok jingħataw vawċer ta’ €30.
Qalet li f’Novembru kienet kitbet lill-Ministru Konrad Mizzi tgħidlu li din il-miżura se tolqot ħażin lil dawk li jgħixu bil-pensjoni, bil-paga minima jew dawk b’mezzi limitati, imma s’issa l-għaqda għadha ma rċevietx acknowledgement għall-ittra tagħha.
Qalet li hi la aċċettat u lanqas taqbel mas-sistema ta’ vawċer għax il-valur mogħti jfisser tnaqqis sostanzjali għal dawk li jiġbru prodotti mingħajr gluten.
Għalhekk appellat lill-Gvern biex jerġa’ jbiddel is-sistema.