L-Għaqda tal-Malti b’rivista oħra għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

L-Għaqda tal-Malti se tkun qed tniedi l-34 għadd tar-rivista Leħen il-Malti nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.
Fost il-kontributuri tal-ħarġa hemm Ġorġ Borg, Nadia Mifsud, Oliver Friggieri, Rita Saliba, Maria Grech Ganado, Leli, Celine Agius, John Portelli, Antoine Cassar, Sergio Grech, Leanne Ellul, Noel Tanti, Bernice Saliba, Lawrence Ancilleri, Beverly Agius, Glen Calleja, Stephen Lughermo, Murat Shubert, John A. Bonello, Victor Fenech, Anaïs Nin, Kevin Saliba, Dorianne Bartolo, Maria Debono, Dorianne Bonello, Olivia Borg, Patrick Sammut, Joseph Vella, Arnold Cassola u John F. Marks.
F’din l-edizzjoni se jkun hemm mhux biss kitbiet letterarji, iżda wkoll sitt kitbiet akkademiċi dwar il-lingwa u kitbiet kreattivi, kif ukoll traduzzjoni u dramm.
Kulħadd hu mistieden għat-tnedija li se ssir fis-Sala Temi Zammit f’Dar il-Meditteran għall-Konferenzi.