L-Assoċjazzjoni tal-Eżorċisti approvata mill-Vatikan

Il-Papa Franġisku approva l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Eżorċisti approvata mill-Vatikan u mill-liġi kanonika tal-Knisja.
Il-Vatikan issa qed jagħraf il-250 qassis minn 30 pajjiż li jagħmlu eżorċiżmu. 
F'Malta hawn ħames eżorċisti, Fr Elija Vella, Fr Marcello Ghirlando, Patri Joseph Borg, Fr Franco Fenech u Fr John Vella.
Il-kap tal-assoċjazzjoni, Fr Francesco Bamonte, qal li l-eżorċiżmu huwa tip ta’ karità li jibbenifikaw minnha l-batuti.
Il-Papa Franġisku kemmil- darba jagħti attenzjoni għall-personifikazzjoni tax-Xitan, hekk kif issemmih b’mod regolari fid-diskorsi tiegħu.
Hu jsostni li min ma jitlobx lill-Mulej, ikun qed jitlob lid-dimonju.
Is-sena l-oħra, l-Vatikan ċaħad allegazzjonijiet li l-Papa wettaq eżorċiżmu fuq tifel li kien fi Pjazza San Pietru, hekk kif hu biss talab għall-fejqan tiegħu.