​L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiltaqa’ mal-MFPA

L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports iltaqa' b'mod uffiċjali mal-uffiċjali tal-Malta Football Players Association (MFPA), fejn iż-żewġ assoċjazzjonijiet iddiskutew diversi temi ta' interess għaż-żewġ naħat.
Fil-laqgħa li tmexxiet miż-żewġ Presidenti taż-żewġ assoċjazzjonijiet jiġifieri Charles Camenzuli f'isem l-GħĠS u Dr Anthony Galea f'isem il-MFPA ġie miftiehem li ż-żewġ naħat se jkunu qed iżommu kuntatt iktar regolari u kontinwu ma' xulxin u dan fl-isfond tar-riforma dwar l-istatus tal-players li qed tipproponi l-MFA.
Filfatt dan kien wieħed mis-suġetti li kien hemm fuq l-aġenda ta' din il-laqgħa.
Iż-żewġ naħat qablu li se jkun qed jiġi organizzat work shop għall-ġurnalisti li jsegwu l-football lokali u kummentaturi li fiħ il-Malta Football Players Association se tkun qed tispjega lill-membri tal-GħĠS il-funzjoni tagħha u possibilment ukoll tagħti l-pożizzjoni tagħha dwar ir-riforma proposta mill-MFA jekk din tkun finalizzata fil-ġimgħat li ġejjien.