L-għaqda CSN tappella għall-maskri mandatorji fil-pubbliku

Elderly-couple-wearing-masks-Valletta-coronavirus
Miguela Xuereb

Hekk kif il-Covid-19 jidher li qed jinfirex fil-komunità, in-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili (CSN) qiegħed jisħaq li l-użu tal-maskri jkun obbligatorju f’postijiet pubbliċi u jkun ikkumplimentat b’multi.

Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-WHO, meta tiġi wżata sew, il-maskra hija barriera effettiva kontra t-trasmizzjoni tal-marda. Huwa għalhekk li CSN qed tappella għall-użu tal-maskri fil-pubbliku u biex tiġi inkorporata fi strateġija preventiva.

Il-grupp kien għamel l-istess stqarrija f’April li għadda.

Fi stqarrija, CSN qal li l-każijiet tal-Covid-19 f’Malta sparaw għal livelli bla preċedent u għaldaqstant qalu li “mingħajr miżuri effettivi, dawn ma jidhrux illi se jbattu fil-futur ġejjieni”. 

Fl-istess stqarrija, il-grupp jappella wkoll biex ikun hemm tnaqqis għal-limitu tan-numru massimu ta’ grupp fil-pubbliku għal tmienja min-nies.