L-Għannej jagħlaq 71 sena

Ritratt: Facebook/TonyCamilleri

Kien bħal-lum 71 sena li twieled il-kantant Tony Camilleri, magħruf bħala L-Għannej. Huwa twieled fl-1949. Ilu attiv fil-mużika sa mill-bidu tas-Snin 70.

Minbarra l-kanzunetta L-Għannej li huwa tant sinonimu magħha, Camilleri ħareġ bosta siltiet li kienu popolari bħal Rajt Ma Rajtx, Imħabba f’Kemmuna, u Ħabibi l-Parrukkier.

Kien l-ewwel vuċi li nstemgħet fuq l-istazzjon tar-radju Super 1 meta xxandret il-festa ta’ San Gejtanu mill-Ħamrun. Għal bosta snin hu kien jippreżenta wkoll il-breakfast show fuq l-istazzjon RTK, illum 103.

Kien ħareġ ukoll tlett albums mużikali li wasslu għadd ta’ suċċessi oħra bħal Xerred l-Imħabba, X’rat il-Gardjola, Mikiel Anton Vassalli, Dawra mal-Ibliet, Il-Għanja ta’ Pajjiżi, Leli l-Qair u Malta Calypso, kif ukoll verżjoni ġdida ta’ L-Għannej.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum.