L-Għanja tal-Poplu 2019: Jitħabbru l-kanzunetti finalisti

Wara żewġ fażijiet ta’ eliminatorja, tħabbru f’ordni alfabetika s-sittax-il kanzunetta finalista fit-43 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2019 – Festival tal-Kanzunetta Maltija, li se jittella’ s-Sibt 31 ta’ Awwissu 2019, fi Pjazza Teatru Rjal.
Il-kanzunetti huma:
• Bejn L-Erba’ Ħitan
• Dawl Għajnejja
• Din Għalik
• Fil-Ħoġor tat-Tieqa
• Fil-Klassi
• Għadu Mhux il-Waqt
• Ħallini Nħobbok
• Id-Ditta Tal-Ġlekk
• Il-Verità
• Jekk Tafx Min Jien
• Mhux Li Kien
• Minn Kajfas Għal Għand Pilatu
• Misraħ Ġawhra
• Pjazza Ġdida
• Tfewwaħ
• Vuċijiet
L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija huwa organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal u L-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti. L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.