“L-għan tal-akkużat kien li joqtol lit-tarbija” – il-Prosekuzzjoni

Hekk kif kompla l-ġuri tar-raġel Niġerjan akkużat li prova joqtol iben l-eks sieħba tiegħu, il-Prosekuzzjoni qalet li huwa ċar li l-intenzjoni tal-akkużat kienet li joqtol lit-tarbija.
Dan wara li l-Prosekuzzjoni fakkret kif wara l-ewwel darba li t-tarbija ta’ ħmistax-il xahar spiċċat l-isptar għaliex allegatament l-akkużat kien heżżiżha, it-tobba kienu wissewh li jekk l-inċident jerġa’ jseħħ, kien se jkun hemm konsegwenzi serji jekk l-inċident jirrepeti ruħu.
Qalet li għaddew ħamest ijiem biss meta t-tarbija reġgħet idaħħlet l-isptar fejn it-tarbija ddaħħlet għal operazzjoni urġenti biex isalva.
It-tifel salva iżda baqa’ b’ ġrieħi serji f’ moħħu li skont it-tobba kienu kkawżati b’ theżżiz qawwi, iktar b’saħħtu minn tal-ewwel darba.