L-għamara tal-Parlament l-antik se tinżamm minn Heritage Malta

L-għamara ta’ dak li kien il-Parlament l-antik ġiet mgħoddija lill-Heritage Malta biex tinżamm għall-posterità.
Dan qalu d-Deputat Prim Ministru, li huwa ukoll Leader of the House, Louis Grech fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.
Qabel is-sit preżenti, il-Parlament kien jiltaqa’ fis-sala preċedentament użata bħala armerija, fil-Palazz, liema sala serviet ta’ Parlament bejn l-1976 u l-2015.
Grech qal li Heritage Malta ħadet f’idea l-għamara ta’ din is-sala għall-preservazzjoni w azzjoni neċessarja skont il-policy tagħhom rigward il-wirt nazzjonali.