L-għalliema jipprotestaw kontra żbalji fil-ħlasijiet

L-unjin tal-għalliema, l-MUT, f’konferenza stampa ħabbret li mhux se tattendi għat-tnedija tal-kurrikulu minimu nazzjonali.

Dan minkejja li l-istess unjin qablet mat-tfassil tal-kurrikulu.

Il-president, Kevin Bonello, sostna li ntlaħqet din id-deċiżjoni industrijali minħabba żbalji kontinwi fil-ħlasijiet lill-għalliema ta’ superviżjoni li għamlu fil-ħinijiet tal-brejk.

Mhux eskluż li l-MUT tieħu aktar azzjonijiet industrijali.