L-għajnuna tempestiva ta’ Fr Bert issolvi problema

Fl-episodju tal-bieraħ mis-sensiela Għada Jisbaħ Ukoll ġraw ħafna affarijiet. Nathalie tilfet it-tarbija, il-pulizija sabet lil Ġulja u lil G bit-Tikka. Insomma, il-borma qisha tħawdet waħda sew! Nistgħu nimmaġinaw issa x’atmosfera hemm fid-dar ta’ Tereża u x’burdata għandhom ilkoll!

Illum insegwu puntata oħra fejn se naraw li karattru li din id-darba se jissorprendi huwa dak ta’ omm Jean Paul, kif ukoll sa ċertu punt, ir-reazzjoni ta’ Blend meta ssir taf dwar Nathalie u t-tarbija!

Fl-isfond għad għandna lil Martina li dejjem tirrakkonta dak li qed jiġri lil missierha. Issa nistgħu nifhmu sew kemm din ittfajla hija inġenwa fl-aġir tagħha.

Tant hi twajba li ħafna drabi ma tifhimx sew dak li qed jiġri!

Mark, min-naħa tiegħu, għadu jhewden fuq Rina u hi wkoll tinsab ferm inkwetata b’ dak kollu li qed jiġri kemm lilha u lil ta’ madwarha!

Nathalie, issa li tilfet it-tarbija, tinsab f’qagħda daqsxejn prekarja iŻda ssib appoġġ kbir kemm minn Tereża u wkoll mingħand Auntie Lucy li issa bdiet tittrattaha daqslikieku kienet bintha! L-istorja ta’ Gulja u G bit-Tikka tidher li solviet ruħha anki bl-għajnuna tempestiva ta’ Fr Bert.

Imma tgħid kollox għadda?

Għada Jisbaħ Ukoll jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm fuq TVM.