“L-għajnuna Russa hi militari u mhux umanitarja”

Mexxej tar-ribelli fil-Lvant tal-Ukraina qal li konvoj militari jinsab fi triqtu mir-Russja.
Alexander Zakharchenko li nnomina lilu nnifsu Prim Ministru ta’ Donetsk qal li kienet se tasal aktar għajnuna militari għar-reġjun.
270 trakk jinsabu wieqfa madwar 30 kilometru mill-fruntieri mal-Ukraina, bi Kiev qed titlob li l-oġġetti jkunu spezzjonati hekk kif hemm għajdut li l-għajnuna mhix waħda umanitarja, iżda għajnuna militari.
Ir-Russja diġa ċaħdet l-għajdut li l-għajnuna militari se tiddaħħal fl-Ukraina sabiex tgħin lir-ribelli Russi.
Hu mifhum li 1,200 persuna jinsabu fi triqithom mal-konvoj qrib il-fruntieri mal-Ukraina.