L-għajnuna mill-barranin strumentali fl-investigazzjoni tal-assassinju – Iben Daphne

Twitter - Matthew Caruana Galizia

Read in English.

L-assistenza tal-ġurnalisti barranin u tal-għaqdiet mhux governattivi internazzjonali kienu strumentali biex l-investigazzjonijiet fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia mxew ‘il quddiem. Dan qalu t-tifel tal-ġurnalista Matthew Caruana Galizia waqt li kien qed jitkellem f’seminar organizzat mill-Istitut ta’ Reuters għall-istudju fil-ġurnaliżmu fl-Università ta’ Oxford.

Caruana Galizia ddeskriva l-mewt t’ommu bħala trawma kollettiva għall-pajjiż kollu li laqtet l-aktar lill-ġurnalisti Maltin. Huwa jinsab grat għall-proġett ‘The Daphne project’ li kien ikkordinat mill-organizzazzjoni Franċiża, Frobidden Strories li komplew isegwu l-istejjer li kienet qed tinvestiga ommu.

Matul dan is-seminar Matthew Caruana Galizia ta’ rendikont tal-isfidi li kellhom jaffaċċjaw sabiex issir ġustizzja għall-mewt ta’ ommhom u biex jitkomplew l-investigazzjonijiet tagħha. Caruana Galizia spjega li kellu jaffaċċja qlajjiet li minn uffiċjali tal-Gvern li seta’ kien involut fl-assassinju ta’ommu. Żied li huwa importanti li dan kollu għenu biex jibqa’ fi spirtu pożittiv.

Matthew Caruana Galizia qal li huwa importanti li jibqa’ ffukat fuq il-fatturi l-aktar importanti. Dawn huma l-korruzzjoni f’Malta kif ukoll il-mewt t’ommu. Żied li huwa se jibqa’ jqabbad in-nar fejn ħaddieħor iridu li jintefa.

Huwa importanti s-sapport tal-familja u l-ħbieb

Matthew Caruana Galizia qal li tul dan iż-żmien huma baqgħu sodi flimkein bħala familja u baqgħu f’kuntatt kontinwu mal-familjari u ħbieb. Dan kien fattur li għenhom jibqgħu għaddejjin.

Stqarr li kultant ikollhom it-tentazzjoni li jaqblu ma’ diversi proposti li jsiru f’dan il-każ. Huwa ta eżempju meta l-gvern kien staqsihom hekk bħala familja jaċċettawx Imħallef partikolari li jkun parti mill-inkjesta pubblika. Kompla li huma żammew f’moħħhom li dawn il-proposti jistgħu jintużaw biex fl-aħħar mill-aħħar jintużaw kontihom.