L-għaddasa għandhom jevitaw l-inħawi qrib l-Impjant – WSC

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kkonfermat li l-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ f’Għawdex qed jaħdem kif suppost u dak li deher fir-ritratt li ttella’ fuq Facebook il-ġimgħa li għaddiet, huwa drenaġġ trattat.

Madanakollu, kelliem għall-Korporazzjoni appella lill-pubbliku biex ma jogħdosx fejn it-tarf tal-pajp minn fejn joħroġ id-drenaġġ imsaffi, għax minkejja li d-drenaġġ huwa trattat, mhuwiex diżinfettat.

Spjega kif għalkemm ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, xorta waħda mhux tajjeb li wieħed imur viċin. 

Qal ukoll li d-drenaġġ trattat għandu densità aktar baxxa u temperatura ogħla mill-baħar f’fond ta’ 60 metru u hu għalhekk li jitla’ sparat ‘il fuq għal ftit metri bil-konsegwenza li jidher ‘imdaħħan’, bħalma deher fir-ritratt.

Huwa kkonferma li minħabba l-fatt li l-Impjant qed jopera b’mod normali, ma kienx hemm bżonn li jsiru testijiet.