​L-għadd ta’ reati fil-Marsa jibqa’ stabbli

L-għadd ta’ reati li twettqu fil-lokalità tal-Marsa baqgħu bejn wieħed u ieħor, fl-istess livell tas-sena li għaddiet.
Fi tweġiba fis-seduta parlamentari tal-lejla, il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li filwaqt li fl-2016 fil-Marsa kien hemm total ta’ 424 każ ta’ reat, sa nofs din is-sena kien hemm 197 każ.
Semma kif mir-reati li ġew reġistrati s’issa din is-sena fil-Marsa, kien hemm 11-il każ li jinvolvu prostituzzjoni. Is-sena l-oħra kolla, dawn il-każijiet kienu jammontaw għal 44.
Il-Ministru Farrugia kien qed iwieġeb għall-mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech.