Filmat: L-għada tar-rekord: Il-Ministru Fearne jwieġeb

Illum f’12:00pm fuq Newsbook.com.mt

Read in English.

Il-Ħamis f’nofsinhar id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne se jwieġeb il-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt l-għada li fil-pajjiż ġie reġistrat numru rekord ta’ każi tal-Covid-19 – 224 każ minn aktar minn 3,300 swab.

  • X’wassal għal dan ir-rekord, aktar u aktar wara li fi tliet ijiem kellna mal-500 każ?
  • Kemm hemm każi tal-varjant ‘Ingliż’?
  • Hemm każi tal-varjant tal-Afrika t’Isfel?
  • X’miżuri addizzjonali se jieħu l-Gvern?
  • It-tilqima ma tistax tingħata b’aktar ħeffa?

Dan u aktar illum f’12.00pm fuq Newsbook.com.mt u Facebook.