L-għada tal-Milied il-vapuri tal-Gozo Channel għamlu 100 vjaġġ

MGOZ

Fis-26 ta’ Diċembru l-vapuri tal-Gozo Channel għamlu 100 vjaġġ.

Fi stqarrija, il-Ministeru għal Għawdex qal li minn Diċembru 2019 sal-5 ta’ Jannar 2020 qasmu b’kollox 520,439 passiġġier u 165,680 vettura. Fl-istess perjodu tas-sena ta’ qabel qasmu 501,907 passiġġier u 156,343 vettura

“Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 18,532 fin-numru ta’ passiġġieri u żieda ta’ 9,337 fil-vetturi li qasmu l-fliegu. L-aktar ġranet impenjattivi kienu l-Ħamis 26 ta’ Diċembru, fejn qasmu 25,193 passiġġier u 6,390 karozza fuq 100 vjaġġ operat mill-Gozo Channel, u t-2 ta’ Jannar 2020, fejn il-kumpanija operat 96 vjaġġ li bihom qasmu 25,408 passiġġier u 6,225 vettura.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Tourism Association Joe Muscat qal li l-istabbilimenti turistiċi Għawdxin li joffru akkomodazzjoni rrappurtaw okkupanza tajba, kemm fil-lukandi Għawdxin, kif ukoll fis-setturi tal-farmhousesu tal-appartamenti.