L-FTS għandha €90.6 miljun f’dejn

Fi tmiem is-sena li għaddiet, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) kellha tagħti lill-banek €90,616,625.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista George Pullicino.
Iċ-ċifra tirrappreżenta żieda ta’ 50% fuq id-dejn li l-fondazzjoni kellha f’Marzu 2013 meta d-dejn kien ta’ €59,982,650
Intnat, fi tweġiba separata għall-mistoqsija tal-istess interpellant, Bartolo qal li f’Novembru, il-Fondazzjoni kellha 41 impjegat li minnhom tlieta ġew issekondati għal dipartimenti oħra waqt li ħamsa irriżenjaw.