L-FSWS tikri spazju fl-Imsida u l-Fgura biex tkun eqreb tan-nies

Il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) se tikri spazju fl-Imsida u l-Fgura sabiex tkabbar ix-xogħol tagħha f’dawn il-lokalitajiet.
Dan se jsir wara ftehim li ntlaħaq bejn l-FSWS u l-Kunsilli Lokali u li ġie ffirmat dalgħodu.
Preżenti kien hemm il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, li sostna li dan hu proġett li jqarreb lill-fondazzjoni man-nies fil-lokalità, liema proġett ġenerali beda fil-leġiżlatura li għaddiet.
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti, irrimarka li l-ftehim ma jfissirx li hemm aktar problemi f’dawn il-lokalitajiet, iżda li l-isfidi u l-problemi soċjali qegħdin kullimkien.
Il-ftehim ġie ffirmat mis-Sindku tal-Imsida Margaret Cefai u mis-Sindku tal-Fgura Pierre Dalli.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott