​L-FMS tgħid li ikkoperat bis-sħiħ mal-Awditur Ġenerali

mater dei

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur ippreċiża li l-persuni indikati f’sezzjoni tar-rapport dwar l-investigazzjoni dwar l-Isptar Mater Dei, kienu dawk li kienu jokkupaw il-karigi ta’ Viċi-President u l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi l-FSM.
Intant b’risposta għal dan, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi fi stqarrija qalet li hija dejjem ikkoperat bis-sħiħ mal-Awditur Ġenerali u l-uffiċċju tiegħu permezz ta’ laqgħat u billi pprovdiet l-informazzjoni kollha disponibbli.
Semmiet kif bejn l-1993 u l-2011, id-“dokumentazzjoni nieqsa” kienet dwar informazzjoni sparpaljata jew nieqsa, u dan ma kienx dovut minħabba nuqqas ta’ koperazzjoni minn xi ħaddiema tal-FMS.
Il-Fondazzjoni temmet tgħid li taħt it-tmexxija preżenti, l-FMS timxi ma’ prattiċi ta’ governanza tajba, fosthom il-ħarsien ta’ regolamenti f’kuntratti, u sostniet li l-informazzjoni kollha mhux biss tinżamm iżda tiġi wkoll arkivjata.