L-FMI viċin li joffri għajnuna finanzjarja lill-Ukraina

Il-Fond Monetarju Internazzjonali jinsab viċin li jiffirma ftehim mal-Ukraina biex tingħata għajnuna t’aktar minn 14-il biljun dollaru amerikan fi żmien sentejn.
Uffiċċjali tal-Fond Monetarju Internazzjonali temmew żjara ta’ tliet ġimgħat fl-Ukraina.
Hu rrappurtat ukoll li l-ftehim irid ikun approvat mill-bord kollu tal-Fond Monetarju Internazzjonali.
Dan il-ftehim għandu jwitti t-triq biex l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jsellfu 27 biljun dollaru amerikan lill-Ukraina.
L-Ukraina tinsab f’qagħda ekonomika stabbli, iżda qed taffaċċja sfidi diffiċli.