L-FKNK tipparteċipa f’konferenza dwar il-futur tal-kaċċa u l-bijodiversità

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ħabbret li f’Settembru se tipparteċipa f’konferenza u f’eżebizzjoni dwar l-irwol tal-kaċċatturi żgħażagħ għal konservazzjoni tan-natura.
Il-konferenza Young Hunters: Securing a future for Europe’s biodiversity se tkun organizzata flimkien mal-40 anniversarju tal-Federezzjoni tal-Assoċjazzjonijiet għall-Konservazzjoni tal-Kaċċa (FACE).
L-attività se tiffoka fuq kaċċaturi żgħażagħ b’diskussjoni fuq il-futur tal-kaċċa f’soċjetà li dejjem qed issir aktar urbanizzata flimkien mal-aġenda tal-istrateġija tal-bijodiversità sas-sena 2020.
Iż-żewġ avvenimenti se jsiru fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell.