L-FKNK tgħid li mix-xahar id-dieħel tistenna “kaċċa u nsib limitat”

Il-Federazzjoni Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) f’isem l-10,000 membru tagħha ferħet lill-Partit Laburista u lil Dr Joseph Muscat tar-rebħa elettorali.

Fi stqarrija l-FKNK ħabbret li l-Gvern, bil-għajnuna tal-istess Federazzjoni, se japplika b’mod korrett id-direttiva dwar l-għasafar li se tippermetti kaċċa u nsib limitat fuq il-gamiem u s-summien f’April li ġej.

Il-Federazzjoni qalet li tinsab konvinta li Moviment Laburista se jagħti lura d-dinjità u r-rispett lill-kaċċaturi u l-familji tagħhom.