L-FKNK tgħid li l-Gvern kien wasal biex joħroġ avviż legali dwar il-kaċċa fil-ħarifa

Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-president tal-Federazzjoni Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti, intqal li l-Gvern kien wasal biex joħroġ avviż legali dwar dati speċifiċi meta tista ssir il-kaċċa fil-ħarifa. Dan l-avviż kien ġie pospost.

Il-President tal-FKNK Joe Perici Calascione qal li nltaħaq ftehim mal-Partit Laburista kemm dwar ambigwitajiet fil-liġi rigward il-kaċċa kif ukoll dwar dati fissi għall-kaċċa fil-ħarifa. Żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista dejjem irrifjuta li jiltaqa’ mal-kaċċaturi.

Saħaq li dawk tal-Partit Laburista mhumiex wegħdiet fil-vojt, għaliex il-kaċċaturi kellhom ftehim simili mal-Partit Laburista fl-1996. Perici Calscione qal li dak iż-żmien, kull wegħda kienet twettqat. Żied li meta tela’ Partit Nazzjonalista fl-1998, il-ftehim mal-kaċċaturi li kien sar saħansittra bil-miktub ma kienx ġie rrispettat.