L-FKNK tappella għall-kalma

Read in English.

Il-Federazzjoni tal-Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK), appellat biex il-membri tagħha jżommu l-kalma.

Dan hekk kif illum il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea mistennija tagħti l-verdett fil-kawża tal-Kummissjoni Ewropea kontra Malta dwar l-insib tal-għasafar tal-għana fil-ħarifa. L-FKNK wegħdet li se tkun qed tanalizza bir-reqqa l-verdett tal-Qorti permezz ta’ tim legali.