L-FKNK takkuża lil BirdLife li riedet tisfratta l-ftehim dwar il-Miżieb

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) stqarret li kienet kostretta tantiċipa l-iffirmar tal-ftehim dwar l-immaniġġar tar-Riżervi tal-Miżieb u l-Aħrax biex tevita kwalunkwe konfront dirett li seta’ jinqala, minħabba l-protesta provokattiva li kienet qed tiġi organizzata fil-Miżieb illum.

L-għaqda qalet li dawn il-protesti qed isiru mir-regħba ta’ ċerti individwi u entitajiet, immexxija minn BirdLife Malta, li qed jopponu l-aġġornament tal-ftehim ta’ 34 sena biex jissodisfaw l-aġenda moħbija tagħhom li tinkludi motivi politiċi.