L-FKNK taġġorna lill-membri tagħha dwar l-insib

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti l-FKNK organizzat laqgħa għall-kaċċaturi u nassaba Maltin dwar is-sitwazzjoni tal-insib.

Din il-laqgħa saret f’Ta’ Qali u fiha uffiċjali mill-Kunsill tal-FKNK indirizzaw lill-kaċċaturi u n-nassaba Maltin dwar l-aħħar żviluppi fuq l-insib tal-għasafar tal-għana u l-kaċċa tal-gamiem fir-rebbiegħa.

Għada l-Ħadd se ssir laqgħa simili f’Ta’ Ċenċ f’Għawdex.