L-FKNK se tgħarbel liż-żewġ partiti u tagħti direzzjoni lill-kaċċaturi

Il-Federazzjoni Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qalet li waqt dibattitu li sar il-bieraħ il-Prim Ministru wera biċ-ċar li jekk jerġa jkun fil-gvern jabbolixxi l-kaċċa u l-insib mill-gżejjer Maltin.

L-FKNK qalet li Dr Lawrence Gonzi lest li jagħmel referendum biex joqtol il-qalb tat-tradizzjonijiet Maltin tal-kaċċa u l-insib, dik

L-FKNK u l-Kaċċaturi San Ubertu huma tal-fehma li referendum biex tintemm il-kaċċa fir-rebbiegħa tmur kontra d-demokrazija u tkisser kull dritt li jista’ jkollha kwalunkwa minoranza li tiddefendi prinċipju u dritt legali.

Iż-żewġ għaqdiet qalu li d-dritt ta’ kull minoranza ma jistgħax jitneħħa minn maġġjoranza sempliċement għax din hija iktar bsaħħitha fin-numri. u n-nassaba Maltin u Għawdxin minn gvern vera Malti.

Żiedu li fil-jiem li ġejjin iż-żewġ għaqdiet se jindirizzaw il-programmi elettorali taż-żewġ partiti politiċi sabiex jagħtu direzzjoni lill-membri tagħhom.