L-FIAU tħabbar żieda fil-każi ta’ ħasil tal-flus irrapurtati fl-2018

L-Aġenzija tal-Gvern ta’ Malta kontra l-ħasil tal-flus (FIAU) irrappurtat li n-numru ta’ żvelar ta’ każijiet ta’ ħasil ta’ flus matul l-2018 żdied b’116% fuq is-sena l-oħra. L-FIAU qalet li dan irrifletta f’żieda ta’ 1,669 rapport ta’ tranżazzjonijiet suspettużi mal-awtorità. Dawn ir-rapporti wasslu għal investigazzjoni f’1,556 każ, 122% aktar mill-2017 u 199% aktar mill-2016.

Dawn il-figuri jagħmlu parti mir-rapport annuali tal-FIAU għall-2018. Id-dokument jgħaqqad ix-xogħol u l-proċeduri tas-sena li għaddiet.

Credit: FIAU

L-aktar li ssottomettew rapporti kienu insitituzzjonijiet tal-kreditu

Skont ir-rapport, l-istituzzjonijiet tal-kreditu kien l-aktar settur li ssottometta rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspettużi lill-FIAU b’żieda ta’ 82% mill-2017. Total ta’ 724 applikazzjoni ġew sottomessi, bil-maġġoranza tagħhom, jiġifieri 573 sottomessi minn sitt banek ewlenin.

Dan irrifletta f’żieda ta’ 67% fuq l-2017. Il-bqija tal-119-il applikazzjoni huwa mifhum li saru minn istituzzjonijiet magħrufa bħala banek internazzjonali. Żieda ta’ 240% fuq is-sena ta’ qabel.

Wara l-isitituzzjonijiet tal-kreditu, l-aktar industrija b’sottomissjonijiet kienet dik tal-Gaming. Huma kellhom 221% żieda ta’ rapporti fuq l-2017 u rreferew l-aktar għal persuni barranin li kellhom konnessjonijiet limitati ma’ Malta.

Credit: FIAU

Ir-rapporti tal-Casinos jiżdiedu b’500%

Fir-rapport, l-FIAU tkellmet ukoll dwar żieda ta’ rapporti magħmulin mil-liċenzjaturi tal-casinos lill-awtorità. Jidher li kien hemm total ta’ 25 rapport li rriżulta f’żieda ta’ 500% minn fuq l-2017. Dawn l-offiżi kienu jinvolvu frodi, kriminalità organizzata, korruzzjoni u traffikar tad-droga.

Fil-maġġoranza tagħhom, l-offiżi kienu motivati minn tranżazzjonijiet suspettużi li ma kienux konsistenti mal-persuna inkwistjoni jew il-profil tagħhom.

Talbiet internazzjonali lill-FIAU jirduppjaw fl-2019

Fl-aħħar tliet snin, in-numru ta’ talbiet kemm lill-FIAU u kemm mill-FIAU lill-kontropartijiet tagħha żdiedu bi kważi d-doppju.

Mit-talbiet lis-16-il partner, żdiedu minn 179 każ fl-2015 għal 506 każi fl-2018. Minn dawn, 76% ġew magħmula minn nazzjonijiet Ewropej bħar-Renju Unit, l-Italja, il-Ġermanja, Żvizzera u Franza. Mal-10% ġew magħmula lill-Istati Uniti u 9% fl-Ażja.

Bl-istess mod, applikazzjonijiet li waslu lill-FIAU minn barra żdiedu minn 125 fl-2015 għal 251 fl-2018.

Credit: FIAU