L-FBI tiddeċiedi favur Hillary Clinton

Deċiżjoni li żgur se tkun ta’ vantaġġ għall-kandidata tad-Demokratiċi Hillary Clinton, hekk kif l-FBI għat-tieni darba eżonerat lil Clinton minn kondotta kriminali fl-imejls tagħha.
Id-direttur tal-FBI qal li l-inkjesta l-ġdida li saret fuq il-komunikazzjoni tal-kandidata ma sabet xejn li tista’ tbiddel l-ewwel deċiżjoni li ttieħdet dan is-sajf, jiġifieri li Hillary Clinton hi innoċenti.
Min-naħa tiegħu, il-kandidat f’isem ir-Repubblikani Donald Trump akkuża lill-FBI b’improprjetà. Waqt rally fis-subborgi ta’ Detroit, Trump insista li kien impossibli għall-FBI li ticcekkja 650,000 imejl f’perjodu daqshekk qasir.
L-elezzjoni għall-president il-ġdid fl-Istati Uniti se ssir għada, filwaqt li r-riżultati jiġu ppubblikati nhar l-Erbgħa li ġej.