L-Eżortazzjoni tal-Papa dwar iż-żgħażagħ milqugħa tajjeb

Christus Vivit - L-Eżortazzjoni Apostolika ta' Papa Franġisku dwar iż-Żgħażagħ
L-Eżortazzjoni Apostolika “Christus Vivit” li ppublika l-Papa Franġisku nhar il-Ħamis li għadda, kienet milqugħa tajjeb ħafna.
F’dan id-dokument ta’ 180 paġna , il-Papa qies mhux biss dak li ntqal waqt is-Sinodu tal-isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ kif ukoll dak li qalu ż-żgħażagħ fil-laqgħat ta’ qabel is-Sinodu.
L-aġenzija tal-aħbarijiet “Crux” tkellmet ma’ Katie Prejan, tfajla Amerikan, James Kelliher, ġuvni mir-Renju Unit u Letizia Schafer, mara Braziljana li llum iżżewġet u qed tgħix fl-Isvizzera.
Dokument mimli tama
Kelliher qal li “Fi Cristus Vivit, il-Papa Franġisku jiddiskuti varjetà ta’ suġġetti li ssemmew waqt is-Sinodu u ħareġ dokument b’saħħtu, mimli tama li juri li l-Papa jħobb liż-żgħażagħ”.
Skont Katie Prejan, the Pope “kien attent waqt is-Sinodu u jidher li l-eżortazzjoni nkitbet wara ħafna talb u wara li l-Papa sama’ ħafna dak lintqal.” Żiedet li fid-Dokument il-papa semma l-isfidi li ż-żgħażagħ qed jiffaċċjaw u inkoraġġihom ħafna. Wieħed għandu jaqrah bħala ittra ta’ missier lil uliedu.
Lil Prejan laqatha l-aktar ir-raba’ kapitlu tal-“Christus  Vivit” u tgħid li dan hu “messaġġ qawwi liż-żgħażagħ u jirrifletti mument pastorali mill-isbaħ fejn il-Papa jħares f’għajnejn kulħadd u bħal donnu jrid jgħid, intom importanti u tgħoddu u l-Knisja tqis li intom importanti”.
Min-naħa ta’ Letizia Schäfer laqtha ħafna l-mod kif il-Papa kapaċi jitkellem dwar iż-żgħażagħ b’mod ġenerali u jindirizza r-realtajiet tagħhom ġejjin minn sfond, kariżmi u twemmin differenti.
“Din l-Eżortazzjoni hi dokument li jien nidentifika miegħu għax jitkellem dwar iż-żogħżija u jirrifletti d-diversi tipi ta’ żgħażagħ”, qalet Schafer.
Iż-Żwieġ u l-Familja
Lil Kelliher għoġbu d-diskors tal-Papa dwar iż-żwieġ u l-familja. “Mil-laqgħa ta’ qabel is-Sinodu sal-lum, marti welldet l-ewwel tarbija tagħna, Maria Gianna. Meta naqbad li din il-miraklu żgħir d’idi jagħtina l-akbar ferħ ta’ ħajti u naħseb li hu mportanti li l-Papa Franġisku jinkoraġixxi liż-żgħażagħ li jagħmlu l-kuraġġ u jidħlu għaż-żwieġ u jibnu l-futur”.
Għalkemm dan hu Dokument tajjeb ħafna, għal Letizia Schager, dan hu l-bidu ta’ affarijiet aktar konkreti li l-Papa u l-Knisja qed jagħmlu fid-dinja. Hi faħħret il-kuraġġ tal-Papa li “lest iħammeġ idejh” fejn jidħlu affarijiet li huma mportanti għaż-żgħażagħ tal-lum”.
Katie Prejan sabet interessanti l-fatt li fi Christus Vivit il-papa Franġisku ddeċieda li jisfida liż-żgħażagħ “biex jikkonfrontaw il-kriżi tal-abbużi sesswali u qal li żagħżugħ ma jistgħax jibqa’ ċass, imma jrid jaħdem fuq dan ukoll”. Qalet li għalkemm dan is-Sinodu ma kienx dwar l-abbużi sesswali mill-kleru, kienet tittama li l-Papa jkun aktar iebes fuq it-tolleranza zero u l-isfida li jitkellem maż-żgħażagħ dwar qassisin li jabbużaw.  “Dan kien il-mument għal diskussjoni bħal din u jien nittama li l-Vatikan għad jitkellem aktar dwar dan” qalet Prejan.