L-Eżortazzjoni appostolika tal-Papa Franġisku issa bil-Malti

Pope Francis leads a mass for the opening of a synodal meeting in Saint Peter's square, at the Vatican, October 3, 2018. REUTERS/Tony Gentile

L-aħħar Eżortazzjoni appostolika tal-Papa Franġisku dwar iż-żgħażagħ tinsab disponibbli bil-Malti kemm fil-format diġitali kif ukoll wieħed stampat.

Christus vivit – “Kristu jgħix” – huma fi kliem il-Papa Franġisku “l-ewwel kelmiet li nixtieq illissen lil kull żagħżugħ Nisrani huma: Hu jgħix u jridek ħaj!”.

L-Eżortazzjoni appostolika ġiet iffirmata fil-25 ta’ Marzu 2019 waqt żjara fid-Dar Imqaddsa ta’ Loreto u hi indirizzata liż-żgħażagħ u lill-poplu ta’ Alla. Din kienet il-frott is-Sinodu tal-Isqfijiet li ltaqa’ f’Ottubru li għadda f’Ruma fejn ġiet diskussa t-tema “ż-żgħażagħ, il-fidi u d-dixxerniment vokazzjonali”.

Id-dokument huwa magħmul minn disa’ kapitli mqassma f’299 paragrafu.

Il-verżjoni bil-Malti stampata tinstab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba, fejn ktieb bil-qoxra iebsa jiswa’ €7.50 filwaqt li ktieb bil-qoxra rabta jiswa’ €4.50. Il-verżjoni diġitali tinstab hawn.