L-eżerċizzju barra pprojbit f’Pariġi

Miguela Xuereb

L-Awtoritajiet f’Pariġi pprojbixu l-eżerċizzju li jsir fuq barra matul il-ġurnata, hekk kif qed tkompli l-ġlieda kontra l-coronavirus.

Skont il-BBC, ir-regoli l-ġodda jidħlu fis-seħħ bejn 10am u s-7pm. Dawn jidħlu fis-seħħ minn għada.

Is-Sindku Anne Hidalgo u l-Kap tal-Pulizija qalu li din ir-restrizzjoni se tfisser li n-nies jagħmlu l-eżerċizzju fil-ħinijiet meta t-toroq ikunu l-aktar kwieti.

Franza għandha waħda mill-ogħla rati ta’ mwiet minħabba l-COVID-19.

B’kollox fi Franza mietu 8,911 persuna. Hemm kważi 100,000 każ konfermat.

Illum il-Ministru għas-Saħħa Olivier Véran qalet li l-imxija kienet għadha ma laħqitx il-qofol tagħha.