Filmat: L-eżempju jkaxkar

Nhar il-Ħamis li għadda, waqt logħba mill-kampjonat tal-baskitbol Amerikan, il-kameras tat-televixin qabdu lil tfajjel ċkejken libes u jimmita lil nannuh fir-rowl ta’ kowċ.
Dan kien in-neputi ta’ Phil Martelli, il-kowċ tat-tim tal-baskitbol Amerikan ta’ St. Joseph's, iċ-ċkejken Philip Stephen Martelli li għandu erba’ snin.
Ġurnalista rnexxiet ukoll teħodlu intervista esklussiva.
Tassew li diġa għandu l-qagħda għax kif jgħid il-proverbju Malti: Kelma tqanqal imma l-eżempju jkaxkar.